​Il-qtugħ tad-dawl affetwa wkoll fil-waterpolo

Minħabba l-qtugħ fil-proviżta tal-elettriku li kellna lbieraħ f’pajjiżna, il-finali tan-Knock Out tal-Ewwel Diviżjoni bejn Marsaskala u Otters, twaqqfet fit-tieni sessjoni meta l-iskor kien ta’ 3-2 favur Marsaskala.
Il-logħba mistennija tkompli nhar it-Tnejn li ġej fis-7pm, fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.