Il-qtil tal-qattus għall-Parlament

Il-grupp attivisti, Lega għad-Difiża tal-Annimali kellha laqgħa mal-Membru Parlamentari, Mario Galea dwar il-każ tal-qtil ta’ qattus f’Għajn Tuffieħa. Waqt il-laqgħa, Galea qal li huwa jifhem il-frustrazzjoni tal-attivisti u offra l-għajnuna tiegħu billi jressaq il-mistoqsijiet li għandhom fil-parlament. Galea saqsa lill-Ministru għall-Intern, Michael Farrugi l-mistoqsijiet t’hawn taħt:

  1. Kemm ir-rapport ġie rrapurtat lill-pulizija ?
  2. Meta ġew irrapurtati?
  3. Ma kemm nies tkellmu l-pulizija u kemm ħew nies interrogati?
  4. Inġabru filmati min sistemi tas-CCTV mill-akwati jew il-viċinanzi?

Ir-risposta għal dawn il-mistoqsijiet huma mistennija malli jerġa jiltaqa’ il-Parlament ix-xahar id-dieħel.

Fl-istess ħin, l-attivisti għall-ħarsien tal-annimali qed jibqgħu jesieġu għal risposti dwar l-istess każ. Huma bagħtu ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija, fejn staqsew dwar x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar l-istess każ.