“Il-qtil ta’ Daphne wera x’jintilef meta titkisser il-libertà tal-midja”

Iċ-Chairperson tal-IPSO fir-Renju Unit jsemmi lil Daphne Carauna Galizia

Read in English.

Il-qtil tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia wera x’jintilef meta l-libertajiet tal-midja jitkissru, skont l-aktar regolatur għoli tal-midja fir-Renju Unit.

Sir Alan Moses qal dan waqt intervista li kellhu mat-Times tar-Renju Unit.

Moses semma’ lil Daphne Caruana Galizia meta kien qed jitkellem dwar id-demokrazija. Qal li mezzi tax-xandir enerġetiċi huma essenzjali biex tiġi salvagwardjata d-demokrazija. Qal li l-qtil ta’ Caruana Galizia fl-2017 juri dak li jintilef meta l-libertajiet tal-midja jitkissru.

Waqt l-intervista Moses qal ukoll li ma jeżistix id-dritt li wieħed ma jħossux offiż. Qal li l-libertà tal-espressjoni tgħeleb l-uġigħ li jinħoloq minn opinjonijiet mhux pjaċevoli.

L-eks imħallef ilu jmexxi lill-Independent Press Standards Organisation (IPSO) li tirregola aktar minn 1,500 gazzetti u siti elettroniċi mit-twaqqif tagħha fl-2014.

Se jkun il-barrister Lord Faulks li jieħu post Sir Alan Moses fl-IPSO.

Illum Corinne Vella qalet li fl-2013 meta l-PL rebaħ l-elezzjoni l-kampanja tal-partit kontra Daphne Caruana Galizia saret il-kampanja tal-Gvern. Kienet qed tixhed fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ oħtha.