Il-qtates fl-Ingilterra se jkunu ċċipjati

Fl-Ingilterra dawk is-sidien tal-qtates li jonqsu milli jkollhom pets  tagħhom microchipped jistgħu jiġu mmultati jew imħarrka skont ir-regolamenti proposti mill-Gvern.

Il-Gvern qed jippjana li jintroduċi microchipping obbligatorju għall-qtates biex jissottomettihom għall-istess miżuri ta ’sigurtà li diġà japplikaw għall-klieb.

Il-ħsieb wara din il-mossa hu li din tgħin fil-ġlieda kontra s-serq tal-qtates u tidentifika annimali domestiċi li jkunu midruba jew maqtula fit-toroq.

Ta’ min ifakkar x’kontroversja kienet inqalgħet wara li daħlu fis-seħħ ir-regolamenti għall-klieb fl-2016 minħabba li s-sidien ġew immultati sa £500 talli naqsu milli joqogħdu għal-liġi.

Din id-darba, il-ministri qed jitolbu lis-sidien biex jiċċippjaw lill-qtates tagħhom qabel ma jġegħluhom jagħmlu hekk wara li tgħaddi l-liġi.

Qed jingħad li jista’ jkun li jekk xi qtates ma jinstabux li jkunu ċċipjati sidhom jew ikunu mħarrka u mġiegħla jiċċippjawhom inkella jittħdilhom l-annimal.