Il-Qriema Ġorġjani jużaw bnadar minflok bżieżaq biex iħarsu l-ambjent

FB: Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri (Qormi) u Renò Muscat

Din is-sena l-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri kienu l-ewwel li minflok bżieżaq użaw bnadar kommemorattivi waqt il-festa. Il-Kumitat f’ittra li bgħat lil Cami Appelgren, spjega li dawn il-bnadar ingħataw b’xejn lil kull min attenda għall-festa u jistgħu jintużaw fil-festi tas-snin li ġejjin.

Fl-ittra l-Kumitat spjega li mhux talli jistgħu jerġgħu jintużaw, iżda jistgħu wkoll jinżammu bħala tifkira tal-festa ta’ din is-sena. Il-materjal li ntuża biex saru dawn il-bnadar żgħar iħalli inqas impatt fuq l-ambjent milli kieku reġgħu telqu l-bżieżaq fl-arja.

L-attivista Cami Appelgren kienet tkellmet mall-Kumitat u spjegatilhom l-impatt li l-bżieżaq iħallu fuq l-ambjent u min-naħa tagħhom, kienu wegħduha li kellhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex ma jerġgħux jintużaw bżieżaq għal waqt il-festa.

How to be a good role model and feast committee? Take a look at Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri (Qormi)! 😍Last…

Posted by Cami Appelgren on Monday, June 24, 2019

Kif jidher fil-filmat mill-festa ta’ San Ġorġ tas-sena l-oħra, f’kuntrast maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena, kien hemm numru kbir ta’ bżieżaq li tħallew itiru fl-arja waqt il-fest, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet.

Aqra: Ħruġ min-niċċa ta’ San Ġorg f’Ħal Qormi