Il-qraba ta’ Daphne jieħdu f’idhom il-każijiet kollha ta’ libelli

Il-qraba tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia ħadu f’idhom il-każijiet ta’ libelli pendenti li kienet qed taffaċċja l-ġurnalista.
L-armel tagħha, Peter Caruana Galizia deher quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale li qed jisma’ 37 libell ta’ malafama li jinvolvu lill-ġurnalista.
L-Avukat Caruana Galizia u ulied Daphne, imlew applikazzjoni li fiha talbu li jkompli jidhru minflok il-ġurnalista assassinata.
It-talba ġiet milqugħa mill-Qorti.
Il-Qorti se tkun qed tisma’ dawn il-libelli grupp grupp skont il-kwistjonijiet legali u anke għax ħafna mil-libelli jduru madwar artiklu wieħed li fih ikunu msemmija diversi persuni.
Ħafna minn dawn il-każijiet se jinstemgħu f’Marzu li ġej.
Fost l-aktar libelli kontroversjali hemm dak miftuħ mill-Prim Ministru Joseph Muscat wara li Daphne Caruana Galizia allegat li Michelle Muscat hija s-sid tal-kumpanija Egrant fil-Panama.
Libell ieħor huwa dak miftuħ mill-Ministru Chris Cardona li saħansitra kien talab li jiġu ffriżati l-assi kollha tal-ġurnalista.
Skont il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Cardona kien żar burdell fil-Bermanja meta kien waqt żjara uffiċjali tal-Gvern.
Ritratt: Arkivji