Il-Qorti trid tara r-rapport tal-VGH li kkwota Konrad Mizzi

Read in English.

Imħallef ordna li r-rapport ta’ evalwazzjoni li ssemma fil-Qorti mill-eks Ministru Konrad Mizzi fil-każ dwar il-ftehim mal-Vitals Global Healthcare.

F’seduta f’Novembru, Mizzi kien xehed quddiem il-Qorti li l-Gvern kien segwa r-rakkomandazzjoni tal-bord ta’ evalwazzjoni  dwar il-privatizzazzjoni tal-isptar. Mizzi rriżenja minn Ministru għat-Turiżmu minħabba l-kriżi politika wara dak żvelat b’rabta mal-investigazzjoni fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien fetaħ kawża kontra l-Prim Ministru u l-amministrazzjoni tal-isptarijiet fost l-oħrajn. Dan biex l-isptarijiet jerġgħu lura għand il-poplu.

F’digriet mogħti mill-Imħallef Francesco Depasquale huwa qal li l-eks Ministru kien kkwota b’mod estensiv minn dan ir-rapport u għalhekk ikun opportun li r-rapport jiġi esebit fil-Qorti biex il-verità tal-fatti tiġi kkorroborata u vverifikata.

Il-każ ikompli għada l-Erbgħa.