Il-Qorti Torka tagħti sentenza ta’ għomor il-ħabs lil Ġeneral

Tribunal fit-Turkija għadda sentenza għal għomor il-ħabs lill-eks Ġeneral Ilker Basbug li sal-2010 kien il-Kap tal-Istat Tork.

Basbug ingħata din is-sentenza wara li nstab ħati li kien involut direttament f’ħidma kontra l-Gvern ta’ Erdogan.

Apparti Basbug ġew ikkundannati wkoll eks Ġenerali oħra tal-armata fosthom il-Kap tal-Armata.

Sentenzi oħra iebsa ingħataw mill-Qorti fil-konfront ta’ ġurnalisti u esponenti politiċi.