Il-Qorti tordnalu li ma jistax ikellem lil martu u lil uliedu

Raġel ta’ 38 sena minn Birkirkara, ġie ordnat li ma jistax ikellem lil martu jew lil uliedu, sakemm jinqata l-każ fil-Qorti.

Dan wara li allegatament hedded lil martu u saq warajha bl-addoċċ biex ma terġax tmur għand xi ħbieb tal-familja.

Jidher li meta l-pulizija waslet fuq il-post sabet li r-raġel kien f’pussess ta’ arma li taqta.

Madankollu, l-avukat difensur qal li l-intenzjoni tal-akkużat kienet waħda tajba għax xtaq jipproteġi lill-membri tal-familja tiegħu milli jkunu fil-preżenza ta’ xi persuni.

Huwa ingħata libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €5,000.