Il-Qorti tordna t-tkeċċija ta’ Serb minn Malta

Serb ingħata sentenza sospiża, u ġie ordnat mill-Qorti li jitkeċċa minn Malta, wara li ammetta li hedded persuni li kienu jgħixu miegħu f’appartament b'arma li taqta', u talli weġġa’ lil wieħed minnhom b’siġġu. 
L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħaxija f’appartament f’Tas-Sliema.
Is-Serb ta’ 31 sena ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, kif ukoll li kellu fil-pussess tiegħu karta tal-identita’ falza u li m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija.
Huwa ngħata sentenza ta’ tmien xhur priġunerija sospiża għal sentejn u multa ta’ €1,000.