Il-Qorti tordna lil Trump biex jiżvela d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa

U.S. President Donald Trump speaks during a bill signing ceremony for the “First Step Act” and the “Juvenile Justice Reform Act” in the Oval Office of the White House in Washington, U.S., December 21, 2018. REUTERS/Joshua Roberts

Read in English.

Il-Qorti ta’ Manhattan ordnat lil Donald Trump biex jippubblika d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-aħħar tmien snin. Il-President Amerikan kien qed jirrifjuta li jagħmel dan minħabba li huwa protett mill-immunità kostituzzjonali. Trump baqa’ jżomm din l-informazzjoni moħbija minkejja li fil-kampanja elettorali għall-ħatra ta’ President fl-2016 kien wiegħed li kien lest li jippubblika kull informazzjoni personali marbuta ma’ taxxa.

Il-Qorti ta’ Manhattan iġġustifikat din id-deċiżjoni biex tipproteġi r-reputazzjoni tal-istruttura governattiva u tal-valuri kostituzzjonali. Cyrus Vance, l-Avukat Ġenerali ta’ Manhattan, kien żvela informazzjoni mill-kontijiet tal-kumpanija Mazars USA bħala parti minn investigazzjoni kriminali fuq Trump u n-negozju tal-familja tiegħu.

L-avukati ta’ Trump appellaw immedjatament minn din id-deċiżjoni fejn qed jargumentaw li huwa protett mill-immunità marbuta mal-kariga tiegħu u għalhekk huwa jista’ jkun akkużat biss wara li jispiċċa mill-kariga. It-terminu ta’ Donald Trump jintemm fl-20 ta’ Jannar 2021 iżda huwa se jerġa’ jikkontesta għal terminu ieħor.

Vance ordna din it-taħrika erba’ ġimgħat wara oħra relatata ma’ ħlasijiet misterjużi inkluż lil żewġ nisa qabel l-elezzjoni tal-2016 li qalu li kellhom relazzjoni sesswali ma’ Trump, liema akkuża ġiet miċħuda mill-President Amerikan.