Il-Qorti tordna li Tork jintbagħat Monte Carmeli

Yilmaz Goktaz ta’ 32 sena minn Istanbul fit-Turkija intbagħat l-isptar Monte Carmel mill-Qorti biex psikjatra jwettaq rapport fuqu.

Dan wara li wieġeb li mhux ħati li għamel ħsarat, attakka u weġġa Surġent u Kuntistabbli tal-Pulizija u li ħarab mill-kustodja meta kien jinsab fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana.

Goktaz ma ingħatax il-liberta’ proviżorja u minflok intbagħat Monte Carmel għal tliet ġimgħat sakemm jitlesta r-rapport tal-psikjatra.