Il-Qorti tordna biex Jordan Azzopardi jibqa’ jinżamm arrestat

Read in English.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Jordan Azzopardi, magħruf bħala l-‘El Chapo ta’ Malta’.

Il-Maġistrat Doreen Clarke ċaħdet it-talba tad-difiża għax kien għad fadal żewġ persuni li jridu jixhdu fil-każ u li Azzopardi ma kienx affidabbli.

L-avukat tad-difiża Franco Debono fakkar li l-każ ilu għaddej minn Marzu u li ma kienx ġust li Azzopardi jibqa’ arrestat minħabba ż-żewġ xhieda. Dawn huma żewġ dealers tal-karozzi li kellhom jixhdu llum imma kienu msiefrin. Il-każ issa għandu jkompli jinstema’ f’Ottubru.

Joħorġu aktar dettalji fil-każ ta’ ‘El Chapo ta’ Malta’ Jordan Azzopardi

Fil-Qorti, Azzopardi kien akkumpanjat mit-tfajla tiegħu li qed taffaċċja akkużi ta’ traffikar tad-droga u li ppruvat ixxaħħam xhud. Hi ngħatat il-ħelsien mill-arrest mill-Qorti.

Meħlusa mill-arrest is-sieħba ta’ Jordan Azzopardi

L-avukati tad-difiża kienu Franco Debono, Amadeius Cachia, u Marion Camilleri. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Mercieca u Justine Grech.

L-allegat traffikant tad-droga Jordan Azzopardi, imsejjaħ l-El Chapo ta’ Malta, ammetta l-ħtija f’każ separat dwar li partat drogi ma’ apparat misruq. Hu ngħata sentenza sospiża.

Jordan Azzopardi jammetti li partat droga ma’ apparat misruq; sentenza sospiża