Il-Qorti tkompli ssib kirjiet qabel l-1995 kontra l-liġi – MDA

Read in English.

Il-Qorti qed tkompli ssib li l-liġi tal-kirjiet ta’ qabel l-1995 qed tikser id-drittijiet kostituzzjonali tas-sidien, skont l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA).

Fi stqarrija, l-MDA qalet li qed jinkiser id-dritt tas-sidien li jkunu jistgħu jgawdu l-proprjetà tagħhom.

L-MDA “b’soluzzjoni” għall-kirjiet għax il-Gvern “qed ifalli”

“Dan il-ksur fid-drittijiet kostituzzjonali tas-sidien ġej minn sitwazzjoni li fiha s-sidien qed isibu li ma jistgħux iġibu l-proprjetà tagħhom lura u lanqas jistgħu jgħollu l-prezz annwali tal-kera għall-inkwilini. Intant, l-inkwilini jistennew li jħallsu l-kera kif stabbilit f’liġi li mhix kostituzzjonali,” qalet l-MDA.

L-MDA żiedet tgħid li r-riforma tal-kera li qed tiġi diskussa bħalissa ddur madwar il-problema peress li ma taffettwax dawn il-kirjiet. Qalu li hija redikola jekk kull sid kellu jitla’ l-Qorti.

Appellat lill-Gvern biex ibiddel il-liġi.

L-MDA u l-PN jridu jneħħu obbligi bażiċi ta’ min jikri – NGOs