Il-Qorti tisma’ s-sottomissjoni tal-PN biex jergħu jingħaddu l-voti ta’ żewġ distretti

Il-Qorti tal-Appell Kostituzzjonali qed tisma’ s-sottomissjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier, li ressaq protest ġudizzjarju u sejjaħ lill-Kummisjoni Elettorali biex jerġa’ jsir l-għadd tal-voti fuq it-tmien distrett u t-tlettax-il wieħed.

Il-Partit Nazzjonalista qal li fit-tlettax-il distrett, jiġifieri f’Għawdex, intilfu għaxar voti li kellhom imorru għall-kandidat Nazzjonalist Paul Buttigieg. Konsegwenza ta’ dan, il-Partit Laburista rebaħ dan id-distrett b’disa’ voti.

Fit-tmien distrett , pakket b’50 vot ingħata bi żball lill-Michael Asiak minflok lil a Claudette Buttigieg.

L-avukati John Bonello u Therese Commodini Cachia qed jirrappreżentaw lil Partit Nazzjonalista, filwaqt li l-avukat Pawlu Lia qed jirrappreżenta l-Partit Laburista. Ian u Mark Refalo qed jirrappreżentaw il-Kummisjoni Elettorali.