Il-Qorti tirrifjuta talbiet mill-eredi ta’ Strickland dwar Villa Parisio

Il-Qorti rrifjutat sensiela ta’ talbiet imressqa mill-eredi ta’ Mabel Strickland, kontra l-użu tal-Palazz Villa Parisio mill-Fondazzjoni Strickland.
Dan il-każ jirrigwarda interpretazzjoni tat-testment ta’ Mabel Strickland dwar id-dritt tal-użu min-neputi tagħha Robert Hornyold Strickland ta’ Villa Parisio, li hija wkoll propjetà u s-sede tal-Fondazzjoni Strickland. Din il-fondazzjoni hija l-azzjonista maġġoritarja tal-grupp Allied Newspapers, li jippublikaw il-gazzetta The Times of Malta.
Fit-testment tagħha, Strickland ħalliet Villa Parisio f’Ħal Lija lill-Fondazzjoni u tat lil Robert Strickland “id-dritt tal-użu u li jgħix fil-kmamar tal-mistiedna li hemm f’Villa Parisio, sakemm dan l-użu ma jtellifx ix-xogħol tal-fondazzjoni”.
Robert Strickland insista li d-dritt li għandu, jrid ikun estiż għall-kmamar kollha tal-villa, u talab lill-Qorti tordna l-fondazzjoni tagħtih pussess tal-villa kollha.