Il-Qorti tirrevoka l-multa li ngħatat lill-Aġent Kummissarju

L-Aġent Kummissarju tal-Pulizija, Ray Zammit ressaq rikors quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale.
Dan wassal biex ġie revokat id-digriet oriġinali tat-22 ta' Ottubru fejn il-Qorti kienet sabet lill-Aġent Kummissarju ħati ta' disprezz lejn il-Qorti u mmultatu €300.
Fis-sentenza oriġinali tal-Qorti dwar il-kawża ta' libell, il-Pulizija vs Felix Agius, il-Maġistrat Depasquale kien sab lill-Aġent Kummissarju ħati li naqas li javża lill-akkużat bis-seduta, bil-konsegwenza li s-sentena kellha tiġi posposta.
Kien għalhekk li mmultatu €300.
Fi stqarrija li ħarġet aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Aġent Kummissarju qal li tliet ġimgħat ilu, l-uffiċjal prosekutur kien informa lill-Qorti li kien se jkun imsiefer.