Il-Qorti tirrevoka żewġ sentenzi ta’ ħabs

Il-Qorti tal-Appell irrevokat żewġ sentenzi ta’ ħabs.
Każ minnhom jittratta persuna li kien diġà l-ħabs għal kważi sena li issa ngħata sentenza sospiża.
Ir-raġel kien instab ħati li aċċetta flus biex jinħarġu liċenzji tas-sewqan ta’ opri tal-baħar. Il-Qorti ddeċidiet li s-sentenza kienet eċċessiva.
It-tieni każ jitratta mara li kienet ammettiet li ffrodat għadd ta’ ħwienet għal total ta’ ftit iktar minn €5,200.
Il-mara, b’diffikultajiet psikoloġiċi, kienet ingħatat sentenza ta’ sena u nofs ħabs imma issa tniżżlitilha għal libertà kundizzjonata.