Il-Qorti tirrevoka l-ħelsien mill-arrest tal-aggressur fil-Qawra

Il-ħelsien mill-arrest ordnat mill-Maġistrat Antonio Micallef Trigona fil-konfront ta' raġel Serb li l-ġimgħa li għaddiet faqa' tazza f'wiċċ barman fil-Qawra, ġie revoklat fuq talba mill-Avukat Ġenerali.
Ilbieraħ il-Qorti Kriminali tat il-libertà proviżorja lill-akkużat li wieġeb mhux ħati li fil-lejl ta' bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda, allegatament weġġa' gravi lil Ryan Magro f'aggressjoni li wettaq f'bar fil-Qawra.
Konsegwenza tal-aggressjoni, l-allegat vittma sofra ġrieħi gravi u teżisti possibiltà li jitlef id-dawl t'għajnejh.  
Wara l-eżitu tas-sentenza mogħtija lbieraħ, fl-aħħar sigħat, kienu bosta dawk li wrew frustrazzjoni u rabja fuq il-mezzi soċjali u l-Qorti kienet taħt kritika qawwija mill-opinjoni pubblika dwar is-sentenza sospiża mogħtija mill-Maġistrat.
Illum, l-Imħallef Edwina Grima laqgħet it-talba tal-Appell tal-Avukat Ġenerali u ordnat lis-Serb biex jintbgħat il-ħabs.