Il-Qorti tirrevedi s-sentenza kontra patri

Arkivji

L-eks Direttur tal-Moviment Kerygma ġie lliberat mill-akkuża li abbuża sesswalmnet lil mara peress li l-Qorti qalet li l-mara kienet taf x’inhi tagħmel. Madanakollu, il-patri ingħata sentenza ta’ ġimgħa ħabs sospiża għal sitt xhur talli kellu x’jaqsam mal-mara sesswalment fil-pubbliku. Ingħata wkoll multa ta’ €500.

Patri Charles Fenech kien instab ħati ta’ attakk bi vjolenza fuq mara li kellha madwar 40 sena li kienet taħdem fid-Dar tal-Providenza. Wara li appella mis-sentenza li kien ingħata, Dun Fenech ġie meħlus minn din l-akkuża. Il-Qorti qalet li l-Prosekuzzjoni ma ppreżentatx biżżejjed evidenza biex turi li l-patri ħa vantaġġ mill-istat mentali tal-mara. Skont il-Qorti, kieku l-mara kienet daqshekk vulnerabbli ma kinitx tkun hi li tibda ċertu azzjonijiet. Il-Qorti żiedet tgħid li li kieku riedet, il-mara kienet tkun tista’ twaqqaf ir-relazzjoni intima li kellha mal-patri.

Fil-Qorti ħareġ kif il-mara ċaħdet dak kollu li kien ġara wara li sħabha rrappurtaw il-każ lill-Kurja. Il-mara ma ridtix li ddaħħal lill-patri fl-inkwiet. Fl-2014, il-Provinċja Dumnikana qalet li il-patri twaqqaf milli jeżerċita l-ministeru saċerdotali tiegħu u tneħħa minn Direttur tal-Moviment Kerygma.