Il-Qorti tilqa’ rikors tal-Pulizija biex jixxandar isem is-saċerdot

Il-Qorti ta’ Għawdex illum laqgħet ir-rikors tal-Pulizija biex isem is-saċerdot akkużat b’abbuż fuq tliet minorenni, ikun jista’ joħroġ fil-pubbliku.
Il-qassis tressaq il-Qorti nhar it-Tnejn li għadda, iżda l-Qorti ordnat li ma joħroġx ismu u lanqas dwar dettalji dwar il-każ.  Irriżulta wkoll li m’hemmx rabta diretta bejn il-qassis u l-allegati vittmi.
Sadanittant, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-appell tal-Avukat Ġenerali biex lis-saċerdot jitneħħielu l-ħelsien mill-arrest.  Dan mistenni jiġi deċiż nhar il-Ħamis li ġej.