Il-Qorti tiddikjara li l-promozzjonijiet fl-Armata kienu dubjużi

Read in English.

Il-Qorti ddikjarat li l-promozzjonijiet fl-Armata kienu dubjużi fl-istess waqt li ċaħdet it-talba tal-Logotenent Kurunell Andrew Mallia li kien qal li erba’ uffiċjali fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta qabżuh fil-proċess ta’ promozzjoni fi ħdan l-Armata fl-2013. Il-każ infetaħ fl-2016.

Dwar il-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Kurunell Mark Mallia, il-Qorti qalet li l-proċess kien dubjuż minħabba li kkunsidrat li dawn it-tnejn ġew promossi darbtejn fi żmien ħmistax u dawn il-promozzjonijiet setgħu jseħħu minħabba tibdil li sar fis-sistema.

Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti fakkar li l-Qorti ma tistax issejjes id-deċiżjoni tagħha fuq suspetti jew dubbji iżda biss fuq il-provi konkreti illi jkunu tressqu quddiemha.

Il-Qorti għaldaqstant fakkret li mhux fil-poter tagħha li tiddeċiedi jekk id-deċiżjoni meħuda kinitx tajba, iżda sempliċiment jekk kinetx legali.