Il-Qorti tiddeċiedi li ma kienx hemm ksur tad-drittijiet ta’ Daniel Holmes

Il-Qorti ma laqatx it-talba ta’ Daniel Holmes kontra l-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija u r-Reġistratur tal-Qorti ta’ Għawdex, fejn kien qed isostni li nkisrulu d-drittijiet.
Dan wara li fl-2006, kien ingħata s-sentenza ta’ għaxar snin priġunerija meta nstab ħati li kien qed ikabbar il-kannabis.
Holmes kien qed isostni li ma setax jibbaża d-difiża tiegħu bl-għajnuna legali mogħtija, għaliex fi kliemu l-avukati tal-għajnuna legali f’Għawdex huma biss tlieta u m’għandhomx esperjenza fil-liġi kriminali.
Il-Qorti iżda ddeċidiet li bl-għajnuna legali mogħtija bl-ebda mod ma nkisru d-drittijiet tiegħu u ma hemmx indikazzjonijiet li l-avukati ma kienux kompetenti jew li ma kellhomx l-esperjenza.
Is-sena li għaddiet, Holmes ingħata kumpens ta’ €7,000 wara li l-Qorti Kostituzzjonali ddeċididiet li nkisirlu d-dritt għal smigħ xieraq.