Il-Qorti tiċħad riskors ta’ koppja għat-trattament tal-IVF

Il-Qorti ċaħdet appell li sar minn koppja Maltija li ma tħallitx
tagħmel it-tieni ċiklu l-IVF minħabba l-età tal-mara.

Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti tal-Appell kkonfermaw deċiżjoni tal-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili li kienet stqarret li jrid jinħoloq bilanċ bejn
id-dritt tal-individwu għall-ħajja privata u dak tas-soċjetà inġenerali.

Fil-qorti ħareġ li l-koppja, kienet applikat fl-2014 mal-Awtorità
għall-Protezzjoni tal-Embrijuni biex tagħmel l-IVF. It-talba kienet
milqugħa u peress li l-mara kienet riesqa lejn l-eta massima
permessa mir-regolamenti ngħatat permess tagħmel it-trattament fi
sptar privat bl-ispejjeż jitħallsu mill-Gvern.

It-test kellu eżitu negattiv u l-koppja reġgħet talbet biex tagħmel
ċiklu ieħor madankollu l- awtorità irrifjutat peress li l-mara kienet
għalqet t-43 sena.

Il-koppja għalhekk irrikoriet għat-trattament privat fejn ġew riferuti
għal proċeduri mediċi fi Spanja. Wara li l-ewwel ċiklu ma ħallix frott,
il-koppja ħallset għat-tieni ċiklu imma l-ispejjeż kienu kbar.


Għalhekk għamlu rikors il-qorti