Il-Qorti ta’ Malta ma laqgħetx it-talba ta’ Pilatus Holdings biex Lawrence Connell li kien appuntat mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), jitwaqqaf milli jaqdi dmirijietu.
Il-Pilatus Holdings hija kumpanija immexxiha minn Ali Sadr Hasheminejd u Hamidreza Ghanbari u tintuża biex tmexxi l-Bank Pilatus. Mindu Sadr spiċċa arrestat fl-Istati Uniti, l-MFSA ħatret “persuna kompetenti” biex tieħu ħsieb l-assi tal-bank u biex jieħu kontroll tas-servizzi bankarji u servizzi ta’ investiment li għandu l-Bank.
Fir-rikors Pilatus Holdings għamel talbiet li l-Qorti sabet li jekk jintlaqgħu, l-MFSA u Lawrence Connell ma jkunux jistgħu jkomplu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom. Il-Qorti qalet li dan jista’ jkun ta ħsara lill-bank inniffisu, lill-kredituri tal-bank kif ukoll lis-settur ta’ servizzi finanzjarji.
Just now: Maltese court rejects request by @PilatusBank Holdings to stop @MFSAComm and competent person Lawrence Connell from carrying out their duties. pic.twitter.com/PNv83hCewk
— Karol Aquilina (@KarolAquilina) August 22, 2018