Il-Qorti tiċħad it-talba tal-PN

Il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet it-talba tal-Partit Nazzjonalista biex jerġgħu jingħaddu l-voti tat-tmien u t-13-il distrett. Dan ifisser li l-Partit Laburista se jżomm il-maġġoranza f’dawn l-istess żewġ distretti.

B’hekk, il-kandidati eletti għat-tmien distrett huma Chris Cardona, Edward Zammit Lewis u Edward Scicluna għall-Partit Laburista, filwaqt li għall-Partit Nazzjonalista ġie elett Tonio Fenech.

Fit-13-il distrett, għall-Partit Laburista l-eletti huma Anton Refalo, Franco Mercieca u Justyne Caruana għall-PL. L-eletti tal-PN huma Giovanna Debono u Chris Said.