Il-Qorti tiċħad it-talba ta’ Darren Debono biex iwaqqaf sanzjonijiet tal-UN

Read in English.

Il-Qorti ċaħdet l-attentat ta’ Darren Debono sabiex iwaqqaf lill-Gvern Malti milli jikseb sanzjonijiet maħruġa min-Nazzjonijiet Magħquda fil-konfront tiegħu. Darren Debono kien ġie arrestat fl-Italja fl-2017 fuq akkużi ta’ traffikar ta’ fuel bejn il-Libja, Malta, u l-Italja.

Nhar it-Tnejn fil-Qorti l-Imħallef Mark Chetcuti innota li ma kienx hemm evidenza li turi li Malta bdiet proċessi sabiex in-Nazzjonijiet Magħquda timponi sanzjonijiet. L-Imħallef żied jgħid li l-Qrati Maltin ma għandhomx ġurisdizzjoni fuq diskussjonijiet bejn stati differenti.

Aqra: Darren Debono jirrifjuta li jispija fuq Muscat u Schembri għall-Amerikani – rapporti

L-eks-futboller Darren Debono u l-kospiratur Gordon Debono qed jaffaċċjaw akkużi fl-Italja flimkien ma’ membri oħra ta’ katina ta’ traffikar ta’ fuel. It-tnejn li huma marru l-Qorti sabiex jiksbu mandat kontra l-Gvern Malti dwar is-sanzjonijiet.

Dan sar wara li kien ġie żvelat li petizzjoni li kienet qed titlob sanzjonijiet kontra ż-żewġ irġiel tressqet quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda minn Malta.

Aqra: Darren Debono jintalab jikkollabora mal-ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta

Il-Qorti waqqfet l-inġunzjoni ta’ projbizzjoni sottomessa minn Gordon Debono wara li l-Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin qalu f’dikjarazzjoni maħlufa li fil-preżent il-Gvern ma għandu l-ebda intenzjoni li jitlob għal sanzjonijiet.

Chetcuti osserva li sabiex sanzjonijiet jiġu imposti kemm lokalment jew barra mill-pajjiż, dawn iridu jsiru abbażi tal-liġi u li għandhom ukoll rimedji li Debono jkun jista’ jagħmel użu minnhom jekk is-sanzjonijiet ikunu abbużivi u skorretti.

Aqra: F’idejn il-Qorti jekk jitneħħewx il-bnadar tal-bastimenti ta’ Darren Debono