Il-Qorti tiċħad l-eċċezzjonijiet tat-3 irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne

Read in English.

Il-Qorti Kriminali ċaħdet il-118-il eċċezzjoni sottomessi mit-tliet irġiel akkużati li qatlu lil Daphne Caruana Galizia qabel jibda l-proċess ġudizzjarju kontrihom. Ċaħdet ukoll l-eċċezzjonijiet tal-Avukat Ġenerali fuq evidenza ammissibbli.

George Degiorgio ċ-Ċiniż u ħuh Alfred Degiorgio l-Fulu, flimkien ma’ Vince Muscat il-Koħħu, huma akkużati li qiegħdu l-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia taħt il-karozza tagħha u splodewha fis-16 ta’ Diċembru tal-2017.

Id-dokumenti ta’ 209 paġni jinkludu l-argumenti preliminarji li kellhom x’jaqsmu l-aktar mal-ammissibbiltà tal-evidenza li hemm kontra l-irġiel.

Il-Qorti qalet li hi se tiggwida lill-ġuri fuq it-toqol tal-evidenza meta jkun il-mument opportun, qabel ma l-membri tal-ġuri jagħtu l-verdett tagħhom. Qalet ukoll li mhix se ssir referenza għall-kondotta kriminali tal-akkużati quddiem il-ġuri, ħlief għal ċerti affarijiet li trid issemmi bil-liġi.

Il-każ ġie diferit sakemm isir appell u jekk ma jsirx appell, sakemm ikun imiss li l-każ jgħaddi ġuri. L-akkużati għandhom dritt iressqu eċċezzjonijiet ulterjuri fuq xi evidenza ġdida li tressqet fil-kumpilazzjoni tax-xhieda.