Raġel jipprostitwixxi lil martu; Il-Qorti ma teħilsux

Il-Qorti ċaħdet il-libertà proviżorja lir-raġel li prostitwixxa lil martu.
It-Taljan oriġinarjament minn Bari, li kien joqgħod f’Malta għal dawn l-aħħar sentejn f’residenza fiż-Żurrieq ġie arrestat u mtella’ l-Qorti dalgħodu b’akkużi relatati mal-prostituzzjoni.
L-ispettur tal-Pulzija tkellem kontra li r-raġel jinħeles minħabba li x-xhieda ewlenija fil-każ hija martu li tressqet ukoll il-Qorti minħabba li bidlet il-massage parlour f’burdell.
Minħabba li r-raġel allegatament jaf min kienu l-klijenti ta’ martu, l-ispettur qal li r-riskju li jkun hemm tbgħabis fl-evidenza huwa għoli.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qablet mal-prosekuzzjoni u ċaħdet it-talba ta’ ħelsien mill-arrest.