Il-Qorti tgħid li kien tort tal-anzjana li ttajjret

Fil-Qorti, raġel ta’ 48 sena inħeles mill-akkuża li sitt snin ilu laqat bil-karozza tiegħu lil anzjana ta’ 75 sena f’San Ġiljan. Huwa kien akkużat li l-mara mietet ħames snin wara l-inċident, b’kawża tal-ġrieħi li soffriet.

Ir-raġel mis-Swieqi qal li huwa sar jaf li l-anzjana mietet meta rċieva l-ittra mill-qorti ħames snin wara. Esperti mediċi qalu li l-mara soffriet mill-marda tal-Parkinsons u soffriet minn xi ġrieħi fl-inċident. Madanakollu, dawn ma kinux ta’ theddida għal ħajjitha.

Il-Qorti qalet li l-anzjana kkawżat l-inċident minħabba li qasmet minn wara telephone box u s-sewwieq ma setax jaraha taqsam.