Il-Qorti tgħid li artikli tal-Indipendent dwar Tonna u Cini mhux libellużi

Read in English.

Il-Qorti tal-Appell iddikjarat li żewġ artikli ta’ The Malta Indipendent dwar l-accountants ta’ NexiaBT Brian Tonna u karl Cini mhux libellużi. L-artikli kienu relatati mal-iskandlu tal-Panama Papers.

L-Imħallef Anthony Ellul ħeles lill-gazzetta mill-multa ta’ €3,000. Però, il-gazzetta laqtet multa ta’ €500 għal xi kummenti li dehru online taħt l-artikli kienu defamatorji.

The Malta Independent illum ippubblikat storja li fiha spjegat il-verżjoni tagħha ta’ kif ġraw l-affarijiet.