Il-Qorti tal-Appell tikkonferma sentenza li ngħatat lil mara dwar copyright

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza li ngħatat lil mara dwar ksur ta’ copyright relatat mal-bejgħ tal-pupi tal-Playmobil fuq l-internet.
Hija kienet ingħatat il-libertà b’kundizzjonijiet għal sitt xhur. Il-kumpanija li tipproduċi l-pupi kienet issostni li fuq ebay, il-mara kienet qed tbiegħ il-pupi mingħajr kunsens.
Il-Qorti kienet sabet il-mara ħatja li ma kinitx talbet il-kunsens tal-kumpanija iżda l-Avukat Ġenerali kien ressaq appell.
Il-Qorti tal-Appell ma laqatx it-talba tal-Avukat Ġenerali u kkonfermat is-sentenza preċedenti li ma kinitx talbet kunsens u ma kinitx avżat dan lill-konsumaturi.