Il-Qorti tal-Appell tikkonferma l-ħelsien ta’ 2 irġiel akkużati b’kuntrabandu

Read in English.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat mill-ġdid id-deċiżjoni ta’ ġuri meta din ma sabitx lil żewġ irġiel ħatja li daħħlu 20 kilogramma kannabis reżina f’Malta fuq dgħajsa fl-2010. L-appell tressaq mill-Avukat Ġenerali.

X’ġara lura fl-2010?

Il-każ imur lura għall-2010, meta raġel ta’ 44 sena mill-Iklin kien arrestat f’Lulju flimkien ma’ żewġ Libjani, wieħed ta’ 50 sena u ieħor ta’ 55 sena. L-arrest sar wara li saret operazzjoni min-naħa tal-pulizija fejn fiha nqabdu bi kważi 20kg raża tal-kannabis ftit tal-ħin wara li daħlu in-naħa tal-Fekruna fix-Xemxija fuq speedboat.

Il-Libjan ta’ 50 sena kien laħaq niżel mill-ispeedboat u kien qed iġorr borża u żewġ basktijiet li għadda liż-żewġ akkużati. L-istess akkużati kienu pparkjati viċin. Hekk kif l-ispeedboat ħarġet ‘l barra, it-tliet irġiel telgħu f’żewġ vetturi separate. Bir-raġel ta’ 50 sena jitla f’vettura waħdu, u t-tnejn l-oħra jitilgħu f’vettura oħra. It-tim tal-pulizija ta’ sorveljanza interċetta ż-żewġ vetturi, madankollu ż-żewġ irġiel irnexxielhom iwaddbu l-basktijiet barra mit-tieqa tal-vettura. Fil-basktijiet instabu 78 blokka raża tal-kannabis.    

Il-Libjan ta’ 50 sena, li hu suspettat li kien il-moħħ wara dan kollu, irnexxielu jaħrab minn Malta wara li għamel 22 xahar taħt kustodja preventive. Iż-żewġ irġiel l-oħra ġew liberate mill-ġurija li kienet magħmula minn sħabhom stess.

Kunsinna kkontrollata

Kunsinna kkontrollata huwa ftehim minn qabel ta’ negozjar tad-drogi mwaqqfa mill-pulizija biex ikun jista’ jinqabad is-suspettat li jkun qed jikkommetti r-reat.

Dettall kruċjali li kien tħalla barra fis-sitt snin minn meta l-irġiel ġew arrestati kien li huma ġew arrestati wara li saret kunsinna kkontrollata, wara li ftehmu ma’ wieħed mill-irġiel li kienu fuq l-ispeedboat. Dan id-dettall ħareġ meta l-eks Assistant Kummissarju tal-Pulizija Neil Harrison kien qed jixhed.

L-Avukat Ġenerali kien ressaq appell wara l-assenjazzjoni. Hu argumenta li l-ġurija kienet ġiet iddirezzjonata ħażin mill-imħallef qabel ma rtira s-seduta biex jiddelibera.

Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-kwistjoni, il-Qorti tal-Appell Kriminali, ippreseduta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi,is-Sur Joseph Zammit McKeon u l-Imħallef Giovanni Grixti, ikkonkludew li l-imħallef tal-kawża kien “legalment korrett u preċiż fil-mod kif ippreżenta l-kwistjoni tal-kunsinna kkontrollata.

Il-Qorti qalet li wara li eżaminat il-fajl, ma deherx li l-kwistjoni tal-kunsinna kien il-fattur komuni tal-argumenti tad-difiża. L-irġiel xehdu li ma kellhom l-ebda idea tal-intenzjoni li kellu r-raġel l-ieħor, ħlief li xtaq jidħol Malta klandestinament.

L-imħallfin innotaw li meta l-akkużat marru jigħinu lir-raġel ix-Xemxija, huma marru fuq il-post tliet darbiet fil-vetturi privati tagħhom. Barra minn hekk, ma nstab l-ebda flus suspettużi jew oġġetti relatati mad-droga fid-djar tagħhom u fil-ħanut ta’ wieħed minnhom.

Meta rat li l-ebda “difett fl-indirizz tal-għeluq tal-imħallef”, il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonkludiet li ma rat l-ebda raġuni biex ibiddlu s-sentenza.

L-avukati Franco Debono u Marc Sant dehru għal-Libjan, filwaqt li l-avukat Mario Mifsud kien avukat difensur għall-Malti.