Il-Qorti tal-Appell tikkonferma l-estradizzjoni tal-eks Kap tal-Mafja

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza mogħtija f’Diċembru li għadda biex l-eks Kap tal-Mafja, Sebastiano Brunno jiġi estradit.
Brunno, li għandu 56 sena kien appella mis-sentenza oriġinali għaliex fi kliemu l-Awtoritajiet Taljani kellhom informazzjoni żbaljata fuqu.
Fl-Italja, Brunno jinsab imfittex fuq każ ta’ qtil li seħħ fl-1992.
Huwa ġie arrestat fit-2 ta’ Ottubru li għadda mill-Pulizija Maltija, fl-appartament li kellu f’Buġibba.