Il-Qorti tal-Appell tbiddel is-sentenza wara li naqas li jħallas il-manteniment

Il-Qorti tal-Appell iddeċidiet li s-sentenza ta’ erba’ xhur priġunerija, li kienet ingħatat lil raġel li naqas li jħallas il-manteniment ta’ bintu, għandha tonqos għal sitt xhur sospiżi b’kundizzjoni.
Ir-raġel kien naqas li jħallas il-manteniment bejn Jannar u Lulju tal-2013.
Fil-Qorti ntqal li kien qed jgħin b’mezzi oħra fosthom kien iħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li martu taħdem u li bintu ma kinitx iżjed minuri.
Sakemm instema’ l-appell, ir-raġel kien ħallas il-manteniment dovut.