Il-Qorti tal-Appell kontra li l-Jerma u l-Mistra jibqgħu fi stat ta’ abbandun

Read in English.

Il-Qorti tal-Appell qablet mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) li s-siti ta’ fejn kien hemm il-Jerma Palace Hotel u l-Mistra Village ma għandhomx jibqgħu fi stat ta’ abbandun. Din id-deċiżjoni tmur kontra d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għall-Ambjent u r-Reviżjoni tal-Ippjanar (EPRT) rigward dawn is-siti u tnejn oħra, wieħed fis-Siggiewi u l-ieħor f’Ħal Kirkop.

Il-Qorti kkonfermat ukoll deċiżjoni li ħadet il-PA li barriera fis-Siggiewi f’zona magħrufa bħala ta’ Dmejrek titneħħa mil-lista ta’ proprjetà skedata, kuntrarju għall-pożizzjoni li kien ħa l-Kunsill Lokali tas-Siggiewi.

Dwar l-art Outside Development Zone (ODZ) f’Ħal Kirkop, il-Qorti kkonfermat deċiżjoni tal-PA li din ma għandhiex tintuża biex jinbnew 30 maħżen f’zona rurali.