Il-Qorti taħfirlu għax qed jiġġieled il-vizzju tad-droga

Read in English.

Il-Qorti tal-Appell tat ċans ieħor lil raġel li ġie akkużat li kellu d-droga, wara li rat il-progress li għamel fil-battalja tiegħu kontra d-droga.

Fis-16 ta’ Frar tal-2016, Nathan  Cooper, raġel ta’ 36 sena, kien ingħata s-sentenza ta’ 5 xhur ħabs talli nstab fil-possessjoni ta’ benzodiazepine, eroina u kannabis.

Cooper appella din is-sentenza, u argumenta li kien qed jagħmel l-almu tiegħu biex jipprova ma jibqax dipendenti fuq id-droga, imma kien għamel żball u reġa’ waqa’ fil-vizzju.

L-Imħallef Giovanni Grixti li ppresieda l-Qorti tal-Appell innota li mar-raba’ darba, l-akkużat kien irnexxielu jtemm it-tielet fażi tal-programm ta’ riabilitazzjoni tad-droga, u kien waqa’ qabel ma beda l-fażi finali. Iżda 21 test tal-urina wrew li Cooper ma kienx għadu qed jieħu d-droga.

Għalhekk, il-Qorti neħħiet is-sentenza ta’ 5 snin ħabs, u minflok tat lil Cooper sentejn ta’ prova.