Filmat: Il-Qorti tagħmel aċċess tas-sit fejn tilfet ħajjitha Miriam Pace fil-Ħamrun

LIVE: Aċċess tal-Qorti fis-sit fejn mietet Miriam Pace

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, July 27, 2020

Il-Qorti dalgħodu żaret is-sit fejn Miriam Pace tilfet ħajjitha, fi Triq Joseph Abela Scolaro fil-Ħamrun.

Il-Maġistrat Joe Mifsud mar fis-sit fejn Miriam Pace, mara ta’ 54 sena, mietet fit-2 ta’ Marzu li għadda wara li ġġarrfet darha meta kien għaddej xi xogħol tal-kostruzzjoni biswitha. Apparti l-Maġistrat, kien hemm ukoll il-familja ta’ Miriam Pace, l-erba’ akkużati flimkien mal-avukati tagħhom, u xi esperti tal-qorti.

Il-Maġistrat Joe Mifsud qed jippresiedi l-każ, li fih qed jitressqu l-qorti l-perit tal-proġett ta’ 36 sena residenti r-Rabat, is-site technical officer (perit) ta’ 72 sena residenti l-Gżira, il-kuntrattur ta’ 37 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u ħaddiem ta’ 42 sena residenti l-Imqabba.

Filmati: Miguela Xuereb