Il-Qorti ta’ Għawdex magħluqa minħabba każ ta’ Covid-19

Read in English.

Il-Qorti ta’ Għawdex ingħalqet f’nofs is-seduti nhar il-Ġimgħa filgħodu hekk kif irriżulta li avukata nstabet pożittiva għall-Covid-19.

Avukati Għawdxin li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt ilmentaw fuq nuqqas ta’ contact tracing madwar dan il-każ. L-avukati żiedu li ħadd ma ġie infurmat uffiċjalment, u li saru jafu bil-każ minn fomm il-kollegi tagħhom.

Newsbook hi infurmata li l-avukata li rriżultat pożittiva għall-Covid-19 kienet preżenti fil-qorti nhar il-Ħamis.

Żewġ maġistrati kienu qed jisimgħu każijiet nhar il-Ġimgħa, qabel ma l-qrati ingħalqu madwar l-10.30 u l-każi pendenti kollha ġew diferiti.

Il-qorti qed tiġi iffumigata biex tkun tista’ terġa tiftaħ mill-aktar fis possibli.