Il-Qorti ssalva 3 iklieb

Tliet klieb ġew salvati wara li l-Qorti m’ordnatx il-qtil tagħhom minkejja li sabet lil sidhom responsabbli wara li kelb minnhom gideb mara li spiċċat l-isptar.
B’rabta ma’ dan il-każ raġel ta’ 54 sena mill-Gżira ntbagħat sitt xhur ta’ ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Il-każ seħħ f’Lulju tas-sena l-oħra meta l-mara ġiet attakkata minn tlett’ iklieb.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo qalet li l-klieb jaġixxu skont kif jitrabbew u qalet li ma kellhomx jeħlu għal għemil sidhom.
Hija ddeċidiet il-klieb għandhom jittieħdu mingħand is-sid u jinżammu mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali.