Il-Qorti se tisma’ l-każ ta’ Repubblika tliet ġimgħat qabel

Read in English.

Il-Qorti Kostituzzjonali aċċettat li tisma’ l-każ ta’ Repubblika tliet ġimgħat qabel iż-żmien wara li l-Ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell iddeċidiet li l-każ tagħhom għandu jkompli minkejja l-Appell tal-Avukat Ġenerali.

Repubblika qed tisfida l-ħatra ta’ 6 membri ġodda tal-ġudikatura f’April li għadda minħabba li l-Kummissjoni Venezja qalet li l-metodu tal-għażla tagħhom ma jixraqx lil demokrazija moderna.

Permezz tal-avukat Jason Azzopardi, Repubblika argumentat li minħabba l-portata tal-każ u l-konsegwenzi li jista’ jġib miegħu ma jistax jintilef aktar ħin biex tinqata’ s-sentenza.

Il-każ issa se jkompli nhar it-Tnejn li ġej minflok fit-30 ta’ Ottubru.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Qorti ddeċidiet li l-kawża ta’ Repubblika kontra l-Gvern dwar kif jinħatru l-maġistrati u l-imħallfin se tkompli quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.

AQRA: Il-Qorti tiċħad l-appell tal-Avukat Ġenerali kontra Repubblika