“Il-Qorti ma teskludix li tfittex lill-Kummissarju tal-Pulizija” – Maġistrat

Il-Qorti ordnat lill-Pulizija biex ifittxu koppja Maltija madwar Malta kollha biex javżawhom sabiex jidhru quddiem il-Qorti.
Dan wara li l-Pulizija ma avżatx lill-koppja biex titla’ l-Qorti għal għaxar darbiet u għalhekk il-każ ilu jiġi pospost minn Frar tas-sena li għaddiet. 
Il-koppja qed tiġi akkużat li f’Ottubru 2015 heddew u insultaw lis-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar u lis-Segretarju tal-Kunsill.
Quddiem il-Qorti l-Ispettru qal li ma rnexxilhomx isibu lill-koppja la fir-residenza reġistrata tagħhom ta’ binhom u lanqas fuq il-post tax-xogħol.
Il-Maġistrat Joe Mifsud saħaq li dan mhux inaċettabbli u kellu kliem iebes għall-Pulizija.
Saħaq li mhux se jaċċetta li ma ssirx ġustizzja għax ikun għadda ż-żmien ta’ preskrizzjoni u qal li l-Qorti mhux se teskludi li tfittex lill-Kummisasrju tal-Pulizija u lill-pulizija li kellhom jagħmlu n-notifika.