Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Kunsill Lokali kontra t-twaqqigħ tar-razzett fil-Fgura

Read in English.

Il-Kunsill Lokali ħabbar li l-Qorti laqgħet it-talba ppreżentata mill-Kunsill Lokali tal-Fgura, biex twaqqaf id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-approvazzjoni tagħha għat-twaqqigħ ta’ razzett fil-Fgura.

F’Ottubru li għadda l-Bord tal-Appell fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanaer iddeċieda li r-razzett fil-Fgura li jinsab fi Triq Hompesch jista’ jiwaqqa’. Dan huwa l-iktar bini antik f’din il-lokalità. Il-Kunsil Lokali kien voċiferu dwar din il-kwistjoni għal dawn l-aħħar 25 sena.

Dan il-proġett kien hemm ħafna kritika mir-residenti tal-Fgura kif ukoll minn diversi NGO’s li huma kontra t-twaqqigħ ta’ dan ir-razzett minħabba l-istorja u l-valur kulturali.

Jekk il-proġett jibqa’ għaddej, ir-rażżett u l-ħajt ta’ madwaru se jitwaqqgħu.

L-għaqda mhux governattiva Flimkien Għal Ambjent Aħjar (FAA) fi stqarrija lura f’Settembru li għadda qalet li dan ir-rażżett mhux sempliċiment binja fejn il-baħar iżda huwa għeruq tal-lokalità u tal-familja Ficura li minnha ħareġ l-isem tal-lokalità.

L-Għaqda qalet li fl-1995, il-Kunsill Lokali tal-Fgura rebaħ il-protezzjoni fi grad 3 għal dan ir-razzett li partijiet minnu għandhom ‘il fuq minn 200 sena u l-kunsill wera x-xewqa li jirrestawra l-binja u jerġa’ jibni l-binja oriġinali u jittrassformah xi spazju kultura pubbliku.

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura qal li din it-talba ġiet preżentata fil-Qorti din il-ġimgħa u fit-2 ta’ Ottubru l-Kunsill Lokali preżenta talba quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex jiġi skedat dan ir-rażżett. Din it-talba saret wara r-rapport tekniku li ġie kkummisjonat mill-Kunsill Lokali li jenfasizza l-importanza kulturali ta’ din il-binja.