Il-Qorti laqgħet il-mandat ta’ inibizzjoni minħabba l-fiżjoterapisti – MUMN

MUMN

L-Unjin tal-Infermiera l-MUMN qalet li l-Qorti laqgħet proviżorjament il-mandat ta’ inibizzjoni dwar l-għarfien ewlieni tal-fiżjoterapisti impjegati mas-settur pubbliku.

Fi stqarrija, l-MUMN qalet li tippreżenta l-argumenti tagħha fit-8 ta’ Ottubru.

“L-MUMN hija kunfidenti li se ssir ġustizzja favur id-deċiżjoni tal-maġġorana assoluta tal-fiżjoterapisti li jridu lill-MUMN biex tirrapreżentahom u tinnegozja f’isimhom,” qalet il-unjin.

Skont l-MUMN, il-fiżjoterapisti ma jridux li jkunu rappreżentati mill-UĦM – Voice of the Workers. Qalet li hi trid biss lil dawn il-membri li għandhom fiduċja fiha “u xejn aktar”.

Id-deċiżjoni li l-Gvern ipoġġi fiżjoterapisti taħt rappreżentanza ta’ union li jagħżel hu tmur kontra l-valuri tal-kostituzzjoni ta’ Malta u d-direttivi tax-xogħol. Dan qalitu l-Union għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) fi stqarrija.

Il-UĦM qalet li l-MUMN qed tkompli tfixkel il-proċessi.

Mhux aċċettabbli li l-Gvern jagħżel union hu – MUMN