Il-Qorti l-ġdida f’Għawdex titlesta fl-2022

Il-bini tal-Qorti l-ġdid f’Għawdex għandu jkun lesta sas-sena 2022 u qed jiġi stmat li l-proġett se jiswa madwar €5.5 miljun, minbarra l-VAT.
Dan ħareġ fil-Parlament wara li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista David Stellini staqsa lill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana dwar dan il-proġett. Stellini qal li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar is-sit il-ġdid tal-Qorti f'Għawdex spiċċa fis-17 ta’ Diċembru li għadda.
Skont il-Ministru Caruana, ix-xogħol ta’ bini se jibda wara li jiġu approvati t-tibdiliet fil-pjan lokali mill-Awtorità tal-Ippjanar.
F’Novembru li għadda Caruana kienet ħabbret li ġie identifikat is-sit alternattiv għall-Qorti bejn ir-Rabat u x-Xewkija.