Il-qorti Kanadiża tiżen l-arrest tal-eżekuttiv ewlenija ta’ Huawei

Il-qorti provinċjali Kanadiża qed tiżen jekk tagħtix il-ħelsien mill-arrest lill-eżekuttiv ewlenija tal-kumpanija ġgant fit-telekomunikazzjoni Ċiniż Huawei Technologies.

Il-prosekuturi tal-Istati Uniti jixtiequ li l-Uffiċjal Finanzjarju Ewlieni Meng Wanzhou tiġi estradita lejn l-Amerka biex taffaċċja akkużi li tagħt informazzjoni ħażin lil banek multinazzjonali dwar il-kontroll li għandha l-kumpanija fl-Iran. B’dan, hija poġġiet lill-banek f’risku li jiksru s-sanzjonijiet li kienu jikkaġunawlhom pieni severi.

Meng ġiet arrestata fl-1 ta’ Diċembru waqt li kienet qed tibdel l-ajuruplan f’Vacouver. Fl-affidavit ġuramentali tagħha, Meng qalet li hija nnoċenti u se tkun qed tikkontesta l-allegazzjonijiet miġjubha kontriha fil-qorti jekk se tkun qed tittieħed l-Istati Uniti.