Il-Qorti Ewropea tista’ twaqqaf Brexit

REUTERS/Toby Melville

Il-Qorti Skoċċiża qalet li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) għandha tagħmel appell legali sabiex jiġi deċiż jekk il-Gran Birittanja weħidha tistax tibdel il-ħsieb dwar li titlaq mill-Unjoni Ewropeja.

Wara ġimgħa t’ aħbarijiet ħżiena għall-pjanijiet tal-Prim Ministru Theresa May, nies li pparteċipaw f’petizzjonijiet qalu li għandu jkun hemm ċertezza legali dwar dan il-proċess. Huma qalu li dan għaliex l-ebda pajjiż għadu qatt ma telaq mill-Unjoni Ewropea.

Id-deċiżjoni tal-qorti tfisser li l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropeja għandha tgħid jekk huwiex possibli li l-Ingilterra tibqa’ fl-ikbar blokka kummerċjali tad-dinja jekk u meta l-parlament Ingliż jiddeċiedi hekk.