​Il-Qorti Ewropea tikkonferma l-projbizzjoni tan-niqab

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikkonfermat il-liġi tal-2011 fejn il-Belġju pprojbixxa l-niqab, jew il-velu sħiħ.
Il-Qorti qalet li l-projbizzjoni kontroversjali għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet tan-nies li qed jgħixu flimkien.
Żiedet tgħid li l-għan tagħha huwa li tipproteġi id-drittijiet u l-libertajiet tan-nies.
Dan wara li rrifjutat l-appell ta’ żewġ nisa Musulmani li riedu jilbsu n-niqab. Huma argumentaw li għandhom dritt jesprimu r-reliġjon tagħhom fil-pubbliku u li għandhom ikunu liberi li jilbsu n-niqab.
Fl-2011 il-Qorti fi Strasburgu kienet sabet li l-projbizzjoni tan-niqab mhix diskriminatorja u ma tmurx kontra d-drittijiet tan-nies u l-libertà tar-reliġjon.