Il-Qorti Ewropea tiddeċiedi li trid tiġi rikonoxxuta l-unjoni ta’ koppja tal-istess sess

Għall-ewwel darba, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li pajjiż Ewropew irid jirrikonoxxi legalment l-unjoni ta’ koppja tal-istess sess.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, fil-każ Oliari kontra l-Italja, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Italja naqset milli tipprovdi l-qafas legali għar-rikonoxximent ta’ koppja tal-istess sess u għalhekk qed jinkiser l-Artiklu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.
Għalkemm id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea se tobbliga biss lill-Italja dwar dan il-każ, il-Qorti qed tirrikonoxxi li l-unjoni ta’ persuni tal-istess sess irid jiġi rikonoxxut.
Fid-deċiżjoni, il-Qorti rrimarkat ukoll li minn 47 pajjiż membri fil-Kunsill Ewropew, 24 qed jirrikonoxxu dak li ddeskriviet bħala dritt.