Il-Qorti Ewropea taqbel li l-jihab jibqa’ illegali fi Franza

Il-Qorti Ewropea tat raġun lill-Franza u taqbel mal-liġi li l-Musulmani ma jistgħux jilbsu l-jihab – il-libsa li tagħtti lill-mara kompletament. 
Tfajla Franċiża ta’ 24 sena ressqet il-kas tagħha quddiem il-Qorti Ewropea u argumentat li l-liġi Franċiża qed tikser id-drittijiet fundamentali tar-reliġjon u tal-espressjoni.
Il-Qorti Ewropea qalet li l-projbizzjoni ma kinitx ibbażata fuq elementi reliġjużi iżda speċfikament fuq il-fatt li dan il-velu jgħatti l-wiċċ kollu.
Qabel ma wasslet għall-konklużjoni tagħha, il-Qorti qalet ukoll li l-wiċċ hu għodda importanti biex in-nies jitħalltu ma’ xulxin.
Id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea hija finali u ma tistax tiġi appellata.